In-numru wieħed ta’ Juventus Gianluigi Buffon spjega r-raġuni għaliex sar goalkeeper. Huwa tenna li r-raġuni prinċipali kien l-eks goalkeeper tal-Cameroon, Thomas N’Kono.

“Meta kont żgħir, kien hemm plejer li impressjonani malli rajtu jilgħab l-ewwel darba u dan kien il-goalkeeper tal-Cameroon, Thomas N’Kono. Fil-World Cup tal-1990, wara l-Italja bdejt nagħti l-appoġġ tiegħi lil Kamerun. L-ewwel logħba ta’ din it-Tazza tad-Dinja kienet bejn Arġentina u Kamerun fejn dawn tal-aħħar kienu rebħu l-partita u minn hemmhekk iddeċidejt li nsir goalkeeper.”

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com