Fil-jiem li għaddew, Gianluigi Buffon kompla jżid man-numri impressjonanti tal-karriera tiegħu.

Dan hekk kif wara li għaqqad il-mitt preżenza tiegħu fil-UEFA Champions League kontra Lyon, kontra Chievo sar ir-raba’ plejer fl-istorja tal-futbol Taljan li lagħab sitt mitt logħba jew aktar fl-ogħla diviżjoni.

Għaldaqstant, it-tragward li jmiss għall-goalkeeper mit-Toscana hu li jsir l-iktar plejer bi preżenzi fis-Serie A. Bħalissa l-uniċi plejers li lagħbu iktar minn Buffon fis-Serie A huma:

3. Francesco Totti (607 preżenzi)
2. Javier Zanetti (615-il preżenza)
1. Paolo Maldini (647 preżenza)

Meta wieħed iqis li l-gowler Juventin stqarr li għandu f’moħħu jirtira fl-aħħar tal-istaġun 2017/18, għad fadallu massimu ta’ 64 logħba li jista’ jilgħab (26 dan l-istaġun u 38 oħra fl-istaġun li ġej) li jwassluh għal 664 preżenza fil-kampjonat massimu Taljan, u jkomplu jżewqulu l-lista ta’ rekords li diġà jippossjedi.

Sors: Goal

dical-banner-1200×280