Il-goalkeeper Gianluigi Buffon mistenni jirtira fl-aħħar ta’ dan l-istaġun iżda jidher li mhux se tkun problema biex isib xogħol.
Dan hekk kif il-leġġenda Juventina ġie offrut il-kariga ta’ Ministru tal-Isport fil-Gvern Taljan.
Buffon kien sostna li l-irwol ta’ kowċ mhux interessat fih għalissa u kien mistenni jingħata kariga bħala diriġent Juventin però issa hemm offerta ġdida. Il-kap tal-partit politku ġdid fl-Italja, Vittorio Sgarbi sostna li jekk il-partit tiegħu jitla’ fil-Gvern se jkun qed joffri l-kariga ta’ Ministru tal-Isport lil Buffon.
F’kumment qasir Sgarbi qal hekk: “Jekk nirbħu l-elezzjoni Buffon se jkun il-Ministru tal-Isport. Il-politika lil Buffon tinteressah ħafna u kien kellimni b’mod pożittiv rigward il-proposti li ppreżentajna aħna.”
Sors: Vanity Fair
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com