Il-partita bejn Atalanta u Juventus kellha tifsira speċjali għad-difensur Giorgio Chiellini. Dan għaliex wara din il-partita Chiellini lagħab l-441 partita għall-Bianconeri u daħal fil-lista tal-aktar 10 plejers li lagħbu għal dan il-klabb.

L-internazzjonali Taljan nistgħu ngħidu li huwa l-qalb tad-difiża Juventina fejn issa sar plejer stabbilit għal dan it-tim. Ninsab ċert li Chiellini baqagħlu ħafna u ħafna x’joffri għal Juventus.

Sors: Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280