L-attakkant Arġentin ta’ Juventus Gonzalo Higuaín qed jirriskja sospensjoni mill-UEFA.

Dan wara li fis-87 minuta tal-partita kontra Barcelona kien mibdul minn Fabrizio Caligarau għamel mossa mhix xierqa lejn il-partitarji Katalani.

Wara li nbidel, Higuaín qala’ ħafna tisfir anke minħabba l-fatt li dan il-plejer huwa eks plejer ta’ Real Madrid. Il-UEFA mistennija tevalwa sew dan il-ġest u hemm ċans kbir li l-Pipita jeħel xi partita jew anke partiti ta’ sospensjoni.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com