Gonzalo Higuaín, attakkant ta’ Juventus li għalih il-klabb ħallas €90 miljun, żvela li seta’ jmut.
Waqt li kien qed jiġi intervistat minn Icon, Higuaín tkellem dwar ommu u qal: “Meta kont żgħir qabditni l-meninġite. Kelli biss għaxar xhur. Ommi Nancy ħaditni l-isptar, u kkonvinċiet lit-tabib biex jikkurani mingħajr ma jaħli mqar minuta. Grazzi għall-kuraġġ tagħha, kollox mar sew.”
Qal li ommu ħasset ħafna l-firda minnu u minn ħuh, b’dan tal-aħħar ukoll meta kien żgħir kien ħalla lill-Arġentina għat-Turkija.
Sors: Icon
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






