Diversi ġurnalisti fl-Italja qed isostnu li l-attakkant Gonzalo Higuaín irrifjuta li jifforma parti mir-ritiro ta’ Napoli u mhux mistenni jinżel għat-taħriġ.

Fl-aħħar jiem l-aġenti ta’ Higuaín tkellmu apertament li mhux konvinti mill-proġett ta’ Napoli u li dan il-proġett mhux biżżejjed biex il-klabb xi darba jlaħħaq ma’ Juventus.

Għalkemm dan ma jfissirx li Higuaín se jingħaqad ma’ Juventus, hekk kif hemm diffikultajiet kbar, jidher li l-futur tal-plejer se jkun bogħod minn Napli.

Sors: Varji

dical-banner-1200×280