“Grawnd sabiħ, ambjent sabiħ, skwadra li tilgħab iċ-Champions League minn dejjem, b’saħħitha u sportivament kattiva,” iddikjara Higuaín f’intervista li fiha stqarr li qatt daqs dan iż-żmien ma’ kien kuntent.

Iddikjara li mhux faċli li tirbaħ, imma ma’ Juventus sab ġuħ kbir għar-rebħ. “Vincere non è importante, è l’unica cosa che conta mhix biss frażi imma eżempju ċar ta’ din l-iskwadra. Kif tasal, mhux jippruvaw ibiddluk imma jaraw liem hu l-punt debboli tiegħek u jtejbuk,” kompla Higuaín.

“Illum inħossni parti minn Juventus. Kuntent ħafna grazzi għar-rispett ta’ sħabi, il-partitarji, is-soċjetà, il-belt. Li tilgħab fil-Juventus Stadium hu spettakolari. Fhimt li għamilt għażla tajba, ma għandi l-ebda pressjoni u privileġġat li għażlu lili bl-intenzjoni li jirbħu,” stqarr Higuaín.

Irrefera wkoll għar-ritratti ta’ Platini, Baggio, Zidane u Del Piero li l-plejers jaraw qabel joħorġu fil-grawnd u staqsa lill-ġurnalist kif jista’ ma jilgħabx tajjeb bl-istess flokk tagħhom.

Sors: La Stampa

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280