Il-prestazzjonijiet pożittivi li qed ikollu ma’ Juventus kienu fundamentali ħafna biex iż-żagħżugħ Rodrigo Bentancur jiġi msejjaħ mat-tim nazzjonali tal-Urugwaj għall-partita ta’ kwalifikazzjoni kontra l-Venezwela.

Bentancur sostna li kien grazzi għall-fiduċja li ngħata minn Juventus li rnexxielu jirbaħ postu fit-tim nazzjonali tal-Urugwaj.

“Ninsab kuntent ħafna għalkemm kont ħerqan biex niġi msejjaħ fit-tim nazzjonali. It-trasferiment ma’ Juventus kien ta’ għajnuna ħafna biex wasalt s’hawnhekk u kien grazzi għalihom li rnexxieli niġi msejjaħ għal mat-tim nazzjonali.”

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280