Il-jum tal-bieraħ kien wieħed storiku għall-J Museum hekk kif grupp ta’ Ingliżi minn Notts wasslu rigal importanti lill-klabb ta’ Turin.

Dan hu flokk ta’ Tom Gordon Savage, magħruf bħala John, li fuqu jġib id-data tal-1903 meta l-istess Savage għen lil Juventus isibu flokk u għażel propju dak ta’ Notts County.

Minn dakinhar, il-flokk abjad u iswed baqa’ assoċjat ma’ Juventus. Dan l-avveniment ħoloq relazzjoni bejn Juventus u Notts, li kienu huma stess li inawguraw il-Juventus Stadium.

Il-flokk, li għadda għand Juventus fis-66 anniversaru mill-mewt ta’ Savage u fil-preżenza ta’ żewġ pro-neputijiet tiegħu, kien akkumpanjat minn ammont ta’ firem u ittra mill-President ta’ Notts County.

Sors: Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280