Illejla jirritorna ċ-Champions League u din id-darba Juventus jilagħbu ġewwa l-Kroazja kontra Dinamo Zagreb. Għalkemm Zagreb huma l-iktar tim inferjuri fuq il-karta, xorta nistgħu naraw plejers interessanti li jistgħu jkunu ta’ avversarju diffiċli għal Juventus.

Min hu midħla sew tal-futbol u jsegwi sew kampjonati Ewropej oħra jista jinnota li Zagreb huma wieħed minn dawk it-tims li jtellgħu plejers promettenti man-nazzjonal. Dan narawh bi plejers bħal Kovacic, Modric, Badelj, Rog, Vrsaljko u żewg plejers preżenti tal-Juventus li huma Mandzukic u Pjaca.

Wieħed miż-żgħażagħ promettenti huwa bla dubju Ante Ćorić, midfielder offensiv ta’ 19-il sena li dan is-sajf kien imsemmi li jingħaqad ma’ bosta timijiet Ewropej fil-kampjonati maġġuriewlenin. Għalkemm għad għandu biss 19-il sena, Ante jibbrilla ħafna fil-kreattività, passing u jimla sew l-ispazji u dawn jagħmluh wieħed mill-aqwa f’pajjiżu.

Għalkemm illejla Ante mhux se jkun preżenti għal-logħba, madankollu xorta jibqa’ wieħed mill-aktar promettenti ta’ Zagreb

dical-banner-1200×280