Illejla Juventus jaffrontaw ġewwa Sqallija lil Palermo. Friski minn rebħa kontra Atalanta, Palermo issa jridu jippruvaw iżommu dal-pass pożittiv madankollu Juventus iridu jżommu l-pass mill-ġdid wara r-rebħa kontra Cagliari.

Wieħed mill-plejers interessanti tal-Palermo huwa Chochev, midfielder Bulgaru ta’ 23 sena li din is-sena lagħab 2 logħbiet, waħda fid-draw kontra Inter u l-oħra fir-rebħa kontra Atalanta. Huwa qatt ma lagħab kontra Juventus.

Karatteristiċi tajbin ta’ Chochev huma t-tackling u l-qawwa fil-blalen fl-arja. Huwa wkoll tajjeb fil-konċentrazzjoni. Dawn il-karatteristiċi jgħinuh ikun tajjeb fl-irwol ta’ Midfielder difensiv, madankollu iktar ssibu fl-irwol ta’ midfielder ċentrali. Waħda mid-diffikultajiet ta’ Chochev hija l-passing.

U llejla Juventus ħa jsibu pressjoni mingħand dan iż-żagħżugħ?

dical-banner-1200×280