“Hemm bżonn li fl-Italja nrawmu kultura li wieħed jaċċetta jitlef. Irridu nħarrġu lill-kowċis, plejers u diriġenti għaliex din il-kultura, għandna, ma teżistix.”

Kliem deċiż u iebes mid-Direttur Ġenerali ta’ Juventus, Beppe Marotta, meta kien mitlub jikkummenta fuq il-polemika maħluqa mid-diriġenti, il-kowċ, plejers u partitarji ta’ Inter.

Dan wara li Juventus għelbu lil Inter, b’dawn tal-aħħar jilmentaw fuq kull deċiżjoni tar-referee Nicola Rizzoli u saħansitra talbu żewġ penalties.

Beppe Marotta ma weġibx dwar il-kontroversji, anzi qal li jħossu imbarazzat jisma’ d-diskors mid-diriġenti avversarji dwar dan il-każ. “Ma stennejtx li wara logħba sabiħa, intawlu daqshekk bil-kontroversja u nanalizzaw episodji li qatt ma eżistew.”

Sors: Sportmediaset

dical-banner-1200×280