Hu faċli li meta tkun sejjer tajjeb, bħalma qed jagħmel bħalissa l-attakkant Arġentin Gonzalo Higuaín, li tikbirlek rasek u taħseb li int aqwa minn ħaddieħor.

Imma evidentement mhux il-każ ta’ Higuaín, li fi kliem il-kompatrijott Paulo Dybala dejjem jirrikonoxxi l-għajnuna mingħand sħabu biex ikompli jiskurja logħba wara l-oħra.

“Irringrazzjani tal-assist fil-logħba kontra Cagliari. Higuaín dejjem jirringrazzjana immedjatament meta ngħinuh,” qal Dybala, li ssagrifika lilu nnifsu għal sieħbu avolja issa ilu xi logħob nieqes mill-gowl.

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280