Hawn min jgħid “sena ġdida, bidu ġdid”, iżda Gonzalo Higuaín kompla fejn kien ħalla fl-2016, jiġifieri jiskorja ħafna gowls. Fil-fatt huwa l-aktar plejer li skorja gowls fl-2017 fl-aqwa għaxar kampjonati Ewropej.

Il-Juventin skurja tmien gowls f’seba’ logħbiet milgħuba (jiġifieri b’rata ta’ iktar minn gowl f’kull partita) u qed jaqsam il-quċċata ma’ Bas Dost ta’ Sporting Lisbona, li min-naħa tiegħu skurja t-tmien gowls f’sitt partiti.

Mit-tmien gowls tal-Pipita l-ebda wieħed ma ġie minn penalty. Il-gowls tal-Arġentin waslu kontra Bologna, Fiorentina, Lazio, Sassuolo, Crotone u Cagliari, b’doppjetti kontra Bologna u iktar riċenti kontra Cagliari.

Il-klassifika tal-aqwa skorers hija kkompletata hekk:

1) Gonzalo Higuaín u Bas Dost – 8 gowls
3) Edinson Cavani u Alexandre Lacazette – 7 gowls
5) Luis Suárez, Alejandro Gomez (ta’ Atalanta), Romelu Lukaku u Harry Kane – 6 gowls

Sors: Tuttosport

dical-banner-1200×280