Id-difensur ta’ Juventus Medhi Benatia tkellem rigward l-attakkant Gonzalo Higuaín fejn tkellem ukoll rigward il-forma tal-istess plejer.

Benatia qal li minkejja li Higuaín qed jiskurja inqas, qed jirbaħ aktar. Benatia għamel referenza għaż-żmien li l-Pipita kien ma’ Napoli fejn għalkemm kien skurja 36 gowl fi staġun, xorta waħda ma rebaħ xejn.

“Ma ssibx ħafna plejers li jaħdmu għat-tim daqs kemm jaħdem Gonzalo. Huwa jaf li ma’ Juventus jaf jiskurja 20 gowl biss però kapaċi jirbaħ diversi tazzi iżda ma’ ħaddieħor kien jiskurja 36 u qatt ma rebaħ xejn. Dik hija d-differenza.”

Sors: Premium Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280