F’intervista għal Sky Sport, il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri reġa’ tkellem fuq id-deċiżjoni li kien ħa li jeskludi lil Leonardo Bonucci mill-iskwadra kontra Porto. Huwa reġa’ ammetta li kienet l-aħjar deċiżjoni.

“F’dak il-mument partikolari nemmen li ħadt l-aħjar deċiżjoni. Hemm mumenti li tkun tista’ taffordja tagħlaq għajn waħda iżda hemm mumenti oħra li ma tistax ma tiħux azzjoni u f’dak l-istadju Bonucci żbalja. Jien żbaljajt ukoll u kont ikkastigat għax kelli plejer nieqes importanti bħal Bonucci però d-dixxiplina hija importanti.”

Sors: Sky Sport Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280