Gonzalo Higuaín kien il-protagonista tal-partita bejn Milan u Juventus.

Il-Pipita kien l-awtur taż-żewġ gowls li ġew skurjati fejn irnexxielu wkoll jilħaq tragward importanti għaliex skurja l-100 gowl tiegħu fis-Serie A.

“Meta tħassar il-goal tiegħi kontra SPAL, ħassejt li d-destin irid li l-100 gowl niskurjah fis-San Siro u issa skurjajt ukoll il-101. Kienet prestazzjoni mill-aqwa għat-tim tagħna fejn l-unika darba li ma konniex ikkonċentrati, Milan laqtu l-lasta.”

Sors: Sky Sport Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280