F’intervista qasira qabel il-partita kontra Udinese, id-Direttur Sportiv Beppe Marotta tkellem rigward il-kritika li qed issir fuq id-difiża ta’ Juventus.
Huwa ammetta li din il-kritika mhux qed issir għalxejn għaliex id-difiża mhux qed tiffunzjona bħas-soltu.
“Fl-aħħar logħbiet ma tantx konna solidi fid-difiża fejn żgur li fl-aħħar staġuni kien wieħed mid-dipartimenti b’saħħithom tagħna. Preżentement mhux qed nagħtu kas li nilagħbu futbol sabiħ iżda li nakkwistaw it-tliet punti f’kull partita.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com