Id-DJ rinomat Gianni Zammit se jkun it-tielet DJ konfermat għall-attività organizzata mill-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero tal-Marsa fit-3 ta’ Ġunju.

B’hekk hu jingħaqad mad-DJs JD Patrick u Frank Zammit li jifformaw trijo mill-aqwa għall-ikbar attività organizzata mill-klabb sa mit-twaqqif tiegħu. Dan kollu b’xejn għall-Juventini kollha Maltin.

Dan hekk kif nhar it-3 ta’ Ġunju, għall-finali taċ-Champions League bejn Juventus u Real Madrid, il-Kumitat se jtella’ tliet avvenimenti f’post wieħed.

Kif diġà tħabbar, għal dan l-avveniment importanti inġiebu l-permessi kollha biex tingħalaq Triq Troubridge, fil-Marsa (quddiem il-klabb) fejn se jintrama big screen u fis-18:00 jibda pre-party mid-DJs JD Patrick, Frank Zammit u Gianni Zammit.

Fuq ġewwa, iż-żona tal-JCMCB Bar & Grill tkun post esklussiv għal dawk li jagħżlu open bar għal matul is-serata. Massimu ta’ mitt persuna, li jħallsu €35 kull wieħed, jistgħu jixorbu kemm jixtiequ bejn it-20:00 u l-23:00 filwaqt li jgawdu minn għażla vasta ta’ finger food.

Se tinżamm ukoll it-tieni sala bħala post seated, b’massimu ta’ 80 persuna li se jkunu akkomodati fuq bażi ta’ first come first served skont meta jsir il-booking. Hawn se tingħata prijorità għall-anzjani u persuni b’diżabbiltà.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280