Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jinsab biss ftit membri bogħod milli jilħaq it-tragward ta’ 1,000 membru fi staġun għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu.
Għaldaqstant, qed issir kompetizzjoni fost dawk li għadom ma sseħbux membri biex jagħmlu dan sas-16 ta’ Marzu u jidħlu fiċ-ċans li jirbħu sħubija għal għomorhom b’valur ta’ €270.
Dawk li huma membri diġà mhux se jibqgħu b’xejn għax diġà huma eliġibbli għal ħafna attivitajiet u promozzjonijiet attivi sal-aħħar tal-istaġun.
Flimkien nistgħu nkomplu nkabbru din il-familja Juventina fi ħdan l-ikbar klabb barrani fid-dinja. Idħol membru onlajn (agħfas hawn) inkella ejja personalment il-klabb, fi Triq l-Għajn, l-Imrieħel.