Bi pjaċir nixtiequ ninfurmawkom li għadna kif ġejna infurmati mill-Malta Community Chest Fund li l-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero ser ikun offrut l-opportunità biex ikun parti mill-organizzazjoni tal-attivitajiet li se jiġu organizzati waqt iż-żjara ta’ Paulo Dybala fil-gżejjer Maltin.

Fost l-attivitajiet pjanati, ser ikun hemm ikla esklussiva fil-palazz tal-President ġewwa l-Buskett. Ikla li ser jattendi għaliha l-istess Paulo Dybala. Il-klabbs Juventini Maltin se jkollom ammont ta’ biljetti allokati għall-membri, liema biljetti jiswew €100.

Bħalma dejjem mexa dan il-klabb, il-biljetti se jkunu fuq bażi first come first served, jiġifieri dawk kollha interessati jistgħu jagħmlu provisional booking għall-biljetti tagħhom minn għada l-Erbgħa l-1 ta’ Ġunju mill-klabb stess.

Għal din l-okkażjoni, għada l-klabb se jkun miftuħ il-ġurnata kollha mill-10 ta’ filgħodu sat-8 ta’ filgħaxija. Il-prezz tal-biljetti jinkludi t-shirt kommemorattiv taż-żjara ta’ Dybala ġewwa Malta, postcard iffirmata minn Dybala, opportunità ta’ ritratt ma’ ħaddieħor flimkien ma’ Dybala u ikla buffet fil-ġonna tal-Palazz Verdala ġewwa l-Buskett nhar is-Sibt 25 ta’ Ġunju fit-8 ta’filgħaxija.

Aktar dettalji jitħabbru fil-ġranet li ġejjin hekk kif jaslu għandna.