Juventus għal darb’oħra reġgħu ħarġu bit-tliet punti b’rebħa oħra fid-Derby della Mole iżda kompla l-uġigħ ta’ ras għall-kowċ Massimiliano Allegri hekk kif hemm injuries ġodda għal Gonzalo Higuaín u Federico Bernardeschi.

Allegri kien sfurzat ibiddel lil Gonzalo Higuaín wara kwarta logħob hekk kif l-Arġentin ma kienx komdu wara daħla ma’ Salvatore Sirigu fil-bidu tal-partita.

Diversi rapporti fl-Italja qed isostnu li Higuaín għandu biss daqqa u b’hekk mhux se narawh nieqes fit-tul. L-injury l-oħra hija dik ta’ Federico Bernardeschi hekk kif fl-aħħar minuti tal-partita kellu jiġi mibdul wara li qala’ daqqa f’irkopptu f’daħla ma’ Tomás Rincón.

Minkejja r-rebħa, punt pożittiv ħafna ieħor kien ir-ritorn fil-grawnd ta’ Paulo Dybala wara assenza ta’ xi logħbiet minħabba injury.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280