Fl-ewwel ġimgħa wara li l-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero nieda s-sit ġdid tiegħu, 7,900 żaru juventusmalta.com .
Dawn il-persuni daħlu f’iktar minn 27,500 paġna, bil-maġġoranza tagħhom ikunu żjarat fis-sezzjoni tal-aħbarijiet li kontinwament tiġi aġġornata b’aħbarijiet, opinjoni, analiżi u storja.
Interessanti li l-viżitaturi ġejjin minn 40 pajjiż differenti.
Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.