Jinsab f’dubju l-futur ta’ Fabio Paratici ma’ Juventus, meqjus bħala l-moħħ wara sensiela ta’ trasferimenti mill-aqwa għall-klabb fl-aħħar snin.
Dan hekk kif fl-Italja jingħad li Paratici jista’ jħalli lil Juventus jekk jagħmel l-istess il-kowċ Massimiliano Allegri.
“Ma nafx meta, kif u għaliex, imma Paratici u Allegri huma ferroviji li qed jimxu fuq binarji paralleli. Madankollu, issa hemm iċ-Champions League, Paratici għandu kuntratt li jorbtu mal-klabb u Juventus huma kuntenti bih,” iddikjara Alfredo Pedullà.
L-istess ġurnalist kompla li “l-futur taż-żewġ diriġenti hu kollegat flimkien, u meta jispiċċa ċ-ċiklu, jispiċċa għat-tnejn li huma.”
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






