Il-grupp tal-ultras Viking Juventus wettqu sabotaġġ lill-koreografija li saret fil-curva ta’ Juventus stess.

Mal-ħruġ tal-plejers, l-ultras għollew il-bnadar ħodor bħala parti mill-bandiera tal-Italja fil-Curva Sud. Iżda wara ftit sekondi niżżlu dawn il-bnadar u esebixxew flokk kbir ta’ Juventus u strixxun twil bl-iskop li jħassru l-koreografija.

Jidher li din hi azzjoni oħra li tkompli mal-protesta f’kull logħba mill-istess ultras wara li ma tħallewx idaħħlu bnadar u oġġetti relatati mal-istess gruppi.

Sors: Facebook

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280