Kollox lest għal-lum għas-sitt logħba tal-Kampjonat Taljan, fejn ġewwa Sqallija, Palermo jilqgħu f’darhom lil Juventus f’logħba delikata ħafna għat-tim ta’ Maxi Allegri fejn Juventus ma jistgħu għall-ebda raġuni jfallu punti.

Formazzjoni inċerta però idea kbira fuq l-attakk fejn għall-ewwel darba llum jistgħu jibdew il-koppja Mandžukić u Higuaín fejn Allegri jidher li se jieħu ċans u jipprova lil dawn iż-żewġ plejers flimkien. B’Mandžukić li qed ikollu ftit cans ta’ logħob ma’ Juventus wara li l-koppja ideali jidher li se tkun Dybala-Higuaín, però llum il-Kroat ta’ Juventus jidher li se jkollu ċ-ċans juri l-potenzjal tat-talent tiegħu wkoll. B’Higuaín, min-naħa l-oħra, li għaddej minn żmien tajjeb ħafna għalih, se tkun ġurnata bħall-oħrajn iżda llum ħdejh jaf ikollu lill-Kroat u mhux lill-ħabib tiegħu favorit, Paulo Dybala. Fejn dan tal-aħħar naqas milli jsib ix-xibka f’dawn il-ftit logħob li ntlagħbu sa issa.

Kollox inċert u dubjuż. Higuaín-Mandžukić, se tkun idea tajba? U Dybala fuq il-bank kontra l-eks tim tiegħu, se taffettwah lilu personali?

dical-banner-1200×280