Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar it-tours għal-logħbiet kontra Napoli u Lyon li qed isiru b’kollaborazzjoni mal-aġenzija Viaggi Torino.
Dan wara li ntlaħaq ftehim ma’ din l-aġenzija biex għall-istaġun 2016/17 noperaw it-tours u nixtru packages bl-orħos prezzijiet fis-suq offruti għall-membri tagħna.
Għal dan it-tour, il-postijiet huma limitati u dawk li jixtiequ jibbukjaw posthom għandhom jagħmlu dan sa nhar is-Sibt 24 ta’ Settembru billi jħallsu deposit ta’ €200 fil-ġranet tal-logħob jew fil-ġranet l-oħra meta nkunu miftuħin.
Din il-ġimgha, il-klabb se jkun miftuħ għall-bookings f’dawn il-ġranet:
– Illejla bejn il-17:00 u s-19:00;
– L-Erbgħa 21 ta’ Settembru bejn is-19:00 u t-20:30;
– Il-Ħamis 22 ta’ Settembru bejn is-19:30 u t-20:30;
– Is-Sibt 24 ta’ Settembru bejn l-16:00 u l-17:30.
Kull min iħallas id-deposit għandu jġib mieghu id-dettalji kollha tal-persuni kollha li jridu jiffurmaw parti mit-tour, inkluż kopja diġitali (li tista’ ssir fil-klabb stess), tal-karta tal-identità jew il-passaport.
Hemm tliet għażliet ta’ tours li wieħed jista’ jingħaqad magħhom: tour għal Juventus kontra Napoli, tour għal Juventus kontra Lyon u tour għal Juventus kontra Napoli u Lyon. Il-prezzijiet ta’ dawn it-tours jibdew minn dawn ir-rati:
– Juventus kontra Napoli – €450 – ibbażat fuq żewġt iljieli;
– Juventus kontra Lyon – €410 – ibbażat fuq żewġt iljieli;
– Juventus kontra Napoli u Juventus Lyon – €760 – ibbażat fuq ħamest iljieli.
Il-prezz tat-tour jinkludi l-akkomodazzjoni f’lukanda fiċ-ċentru ta’ Turin, it-transfers kollha, il-biljett tal-grawnd fit-Tribuna Nord u assistenza ta’ group leader ġewwa Turin.
Il-prezz jiġi kkonfermat ladarba jkun hemm numru minimu ta’ persuni li jkunu se jattendu għat-tour. Jekk dan in-numru ma jintlaħaqx, il-klabb se joffri pakkett alternattiv li jinkludi kollox minbarra l-assistenza ta’ group leader.
Jista’ jagħti l-każ ukoll li jekk jintlaħaq ċertu ammont ta’ membri li jattendu għal dan it-tour, il-klabb ikun f’pożizzjoni li joffri roħs fuq il-prezzijiet imħabbra jew upgrades b’xejn fuq il-biljetti.
Il-prezz huwa bbażat fuq biljetti fit-Tribuna Nord. In-numru ta’ biljetti f’din is-sezzjoni huwa limitat, iżda ladarba jintlaħaq dak l-ammont, il-klabb se joffri biljetti f’sezzjonijiet oħra bid-differenza fil-prezz tkun dik face value jew ferm viċin. Min irid jista’ jagħżel li jieħu biljetti f’sezzjoni aħjar u jħallas id-differenza mill-ewwel.
Il-prezzijiet huma bbażati fuq kmamar twin, double, triple u quad. Min se joqgħod f’kamra single għandu suppliment ta’ €40 kull lejl. Il-kolazzjon hu nkluż fil-prezz.
Infakkru li m’għadux possibbli li wieħed jibbukkja biljetti biss għal-logħba kontra Napoli, minħabba l-interess qawwi u l-ammont ta’ bookings li diġà kellna.