Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero javża li radd lura l-flus kollha li kienu tħallsu minn membri tiegħu għal logħob li evetwalment intlagħbu mingħajr partitarji minħabba l-pandemija.

Wara li f’Marzu ngħataw lura l-flus li tħallsu għal-logħba kontra Inter, issa tlesta wkoll il-proċess ta’ refunds relatati mal-logħba mis-Serie A kontra Milan kif ukoll dik taċ-Champions League kontra Lyon.

Bi pjaċir ninnotaw li l-klabb b’hekk radd lura l-flus lill-membri tiegħu ftit jiem biss wara li dawn ingħataw lura lill-klabb mingħand Juventus. Matul dan il-perjodu, il-membri tal-klabb kienu aġġornati b’mod regolari dwar is-sitwazzjoni.

Il-Kumitat jirringrazzja lill-membri tiegħu għall-fiduċja tagħhom fil-klabb.