Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lil Jason Pisani li għadda numru ta’ oġġetti b’donazzjoni lill-Juventus Club Malta Cuore Bianconero. Dawn issa se jkunu jistgħu jitgawdew mill-membri.

L-oġġetti li għaddew għand il-klabb jinkludu numru ta’ Hurrà Juventus kif ukoll kalendarji storiċi, xalel u oġġetti oħra. Dawn se jiżdiedu mal-kollezzjoni tal-klabb li titgawda minn dawk li jattendu attivitajiet bħall-Open Days.