L-eks assistant kowċ ta’ Inter bejn l-2004 u l-2007 Nando Orsi sostna li Juventus t’Allegri huma aħjar mit-tim ta’ Inter ta’ l-2010 li kien immexxi mill-kowċ José Mourinho.

Fl-2010 Inter kienu rebħu t-tripletta wara li rebħu s-Serie A, Coppa Italia u ċ-Champions League wara li fil-finali għelbu lil Bayern München bl-iskor ta’ 2-0. Orsi kien mistoqsi rigward jekk Allegri jistax verament jimxi fuq il-passi tat-tim Interist ta’ l-2010.

“Dan it-tim ta’ Juventus jilgħab futbol isbaħ u huma konxji mill-abbiltajiet tagħhom iktar mit-tim ta’ Inter tal-2010. Ma rajt l-ebda biża’ fit-tim Juventin fit-tieni leg ġewwa l-Camp Nou u wrew li huma superjuri għall-avversarji tagħhom. Il-verità hi li mhux talli ddefendew bil-għaqal u tajjeb talli anke setgħu rebħu l-logħba biċ-ċansijiet li ħolqu f’xi kontrattakki. Allegri ħaqqu kull tifħir għaliex qed juri li għandu tim b’saħħtu u qed juża l-plejers li għandu eliġibbli kif suppost.”

Sors: Radio Radio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280