Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se jkun l-uniku klabb lokali rappreżentat fl-Allianz Stadium għal-logħba tal-lum bejn Juventus u Fiorentina, mis-Serie A Femminile.

Dan hekk kif żewġ membri tal-klabb, Vanessa u Myah Borg li rispettivament huma l-mara u t-tifla tal-President Onorarju Jean Borg, se jkunu fost folla ta’ kważi 40,000 persuna.

Din se tkun logħba storika hekk kif, għall-ewwel darba, Juventus Women se jkunu ospitati fl-Allianz Stadium. Se jitwaqqaf ukoll rekord għall-ikbar attendenza għal logħba tal-kampjonat femminili hekk kif l-Allianz Stadium se jkun sold out.

Sadattant, f’Malta, il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se jkun miftuħ għal din il-logħba storika. Id-dħul se jkun b’xejn, inkluż għal dawk li mhux membri.