Wieħed mill-periti li ħadmu fuq il-Juventus Stadium fl-aħħar qata’ l-kurżità ta’ ħafna Juventini meta żvela li bit-teknoloġiji moderni hu possibbli li l-grawnd jikber.

Gino Zavanella ddikjara proġett simili bħala wieħed diffiċli imma fattibbli. “Żieda fil-kapaċità tal-grawnd hi possibbli, bit-teknoloġija tal-lum, imma mhux faċli. Jiddependi kemm trid tkun iż-żieda, għax mod inżidu b’2,000 post u mod ieħor b’20,000 post.”

“Qabel, is-soċjetà kienet tirraġuna li jkun aħjar li kieku jkun hemm 2,000 persuna li jibqgħu barra għax bla biljett, milli jkollna vojt ta’ 10,000 post biex nakkomodawhom,” qal Zavanella, li ddeskriva dan bħala r-raġunament wara l-għażla ta’ grawnd relattivament żgħir.

Kompla li, “Jekk issir żieda ta’ 20,000 saħansitra jkun hemm bżonn tat-tielet livell tal-grawnd. Jekk se ssir żieda, nemmen li m’għandhiex issir żieda ta’ inqas minn €10,000 post ġdid.”

Qabel, fil-grawnd kienu jattendu medja ta’ 20,000 persuna għal kull logħba. Illum din żdiedet għal bejn 38,000 jew 39,000 persuna.

Sors: Calciomercato

dical-banner-1200×280