F’konferenza tal-aħbarijiet fil-preżentazzjoni tal-klabb il-ġdid tiegħu New Jiangsu Suning, Fabio Capello sostna li ż-żewġ kampjonati li rebaħ ma’ Juventus fl-2005 u fl-2006 jibqgħu validi għax intrebħu fil-grawnd.
Kif kulħadd jaf, dawn iż-żewġ kampjonati ġew imneħħija lil Juventus minħabba l-iskandlu ta’ Calciopoli. Fit-tim il-ġdid tiegħu, Capello se jkun assistit mill-eks plejer ukoll ta’ Juventus, Gianluca Zambrotta.
“Gianluca kien fit-tim tiegħi meta flimkien konna ma’ Juventus u rbaħna wkoll żewġ kampjonati. Dawn il-kampjonati ġew imneħħija però jibqgħu validi għax intrebħu fil-grawnd u mhux fuq il-mejda.”
Ta’ min jinnota li s-sidien tal-klabb Ċiniż huma l-istess sidien ta’ F.C. Internazionale, bil-kowċ Capello jagħmel din id-dikjarazzjoni quddiem l-istess sidien.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com