Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero kompla jkabbar il-kollezzjoni imprezzabbli tiegħu b’par żarbun milbus u ffirmat mill-midfielder Claudio Marchisio.

Iż-żarbun ingħata lill-klabb bħala rikonoxximent tar-relazzjoni mill-aqwa bejn Claudio Marchisio, il-familja tiegħu u l-Juventus Club Malta Cuore Bianconero, liema relazzjoni twieldet u ssaħħet grazzi għall-President Onorarju Omar Busuttil.

Min-naħa tiegħu Omar Busuttil għadda par żarbun oħra, mogħtija lilu b’mod personali mingħand Claudio Marchisio, b’self lill-klabb.

Iż-żraben oriġinali b’hekk jingħaqdu ma’ ammont ta’ flokkijiet milbusa u ffirmati minn ġenerazzjonijiet differenti ta’ Juventus, kif ukoll żarbun simili milbus u ffirmat minn Stephan Lichtsteiner, li s’issa qatt ma kien esebit fil-klabb.

Il-Kumitat issa se jaħdem biex dawn iż-żraben ikunu jistgħu jitgawdew mill-membri b’mod permanenti.