Sorpriża mhux mistennija hekk kif il-Juventus Club Caserta “Gigi Buffon” iddedika ħajt għall-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero.

Dan wara li fl-14 ta’ Marzu li għadda l-klabb Taljan irreċiproka r-rigali mogħtija minna b’rigali tiegħu. B’hekk kien issiġillat ġemellaġġ u ftehim ta’ ħbiberija li kien inbeda f’pajjiżna, meta membru tal-klabb Taljan segwa logħba fil-kwartieri l-ġodda tal-klabb.