Il-Kumitat għandu l-pjaċir iħabbar li stieden uffiċjalment lill-klabbs l-oħra li jirrappreżentaw lill-partitarji ta’ Juventus f’Malta għas-serata A Royal night with Claudio Marchisio.
Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero għandu l-pjaċir li jaqsam din is-serata mal-Presidenti u s-Segretarji tal-Juventus Club Malta Vero Amore u tal-Juventus Fan Club Gozo.
Infakkru li din is-serata organizzata mill-Juventus Club Malta Cuore Bianconero hi miftuħa wkoll għall-membri rispettivi ta’ dawn il-klabbs, li jistgħu jgawdu s-serata u l-benefiċċji kollha offruti, mingħajr distinzjoni.
Il-Juventus Fan Club Gozo hu wkoll klabb awtorizzat li jbiegħ il-biljetti għal din is-serata, b’dawk residenti Għawdex li jistgħu jixtru l-biljetti billi jikkuntattjaw lill-President Marlon Mercieca fuq 9944 7625.