Paolo Dybala reġa’ kien fiċ-ċentru tal-attenzjoni fejn Massimiliano Allegri reġa’ kien mistoqsi fuq l-Arġentin.
Allegri sostna li l-futbol huwa sport li jintlagħab bil-kollettiv mhux bl-individwaliżmu.
“Fit-tim għandi diversi plejers importanti u huwa tajjeb li ħafna plejers jissieltu biex jilagħbu però nifhem ukoll li plejer li jkun fuq il-bankina ma jiħux gost. Il-futbol huwa sport li l-kollettiv jirbaħ fuq l-individwaliżmu. It-talent ta’ Dybala ħadd ma jista’ jiċħdu iżda importanti li jkun f’kundizzjoni fiżika u psikoloġika tajba.”
Sors: Mediaset Premium
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com