Il-kumpanija Branded Juice ħadet l-opportunità tal-popolarità dejjem ikbar tal-klabb u permezz ta’ sponsorship se tkun qed tgħin biex il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jkompli jtejjeb is-servizzi tiegħu.

Branded Juice Ltd huma magħrufin għas-servizzi kreattivi li joffru u li jikkonsistu minn disinn ta’ Logos, Business Cards, Menus, Websites, Posters u tabelli fost affarijiet oħra. Biex jikkumplimenta dawn is-servizzi l-kumpanija toffri wkoll servizz ta’ stampar kemm tradizzjonali kif ukoll diġitali.

Inħeġġukom iżżuru l-website u l-paġna ta’ Facebook ta’ Branded Juice Ltd:

Facebook: www.facebook.com/brandedjuice
Website: www.brandedjuice.com