Sami Khedira esprima l-opinjoni tiegħu wara r-rebħa kontra Inter u sostna li t-tim Juventin ta’ din is-sena huwa ferm aħjar minn tas-sena l-oħra.

Huwa tkellem l-ewwel fuq ir-rebħa kontra r-rivali Inter qabel ma għamel paragun fuq it-tim tas-sena l-oħra u fuq it-tim ta’ dan l-istaġun.

“Kienet logħba sabiħa u speċjali bejn żewġ rivali fil-futbol Taljan. Kien importanti li nirbħu l-partita u ninsabu kuntenti li rbaħna tliet punti importantissimi għar-rebħ tal-kampjonat u speċjalment għax ipproduċejna prestazzjoni tajba wkoll.”

“Il-logħbiet u l-prestazzjonijiet tagħna f’dan l-istaġun qed ikunu ħafna aħjar u solidi f’kull dipartiment tal-grawnd. Qed nilagħbu tajjeb ħafna u niddefendu kollettivament tajjeb. Qed inkunu dixxiplinati tattikament u qed inżommu l-pożizzjonijiet tagħna aħjar. Il-kunfidenza tagħna qed tikber logħba wara logħba.”

Sors: Tutto Juve

dical-banner-1200×280