Il-midfielder ta’ Juventus Claudio Marchisio sofra injury u kellu jinbidel fil-logħba ta’ ħbiberija bejn l-Italja u l-Urugwaj.
Kienu għaddew biss 17-il minuta minn din il-logħba, meta l-Italja kienu minn fuq għal 1-0, li Marchisio lmenta minn problema muskolari u nbidel minn Riccardo Montolivo.
Iktar kmieni, fir-raba’ minuta, Claudio Marchisio ġie ammonit għal fawl fuq l-avversarju Gimenez.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






