Partitarji ta’ Juventus bdew petizzjoni li għandha l-għan li tagħmel pressjoni fuq id-diriġenza Juventina biex jibda ġemellaġġ ma’ Lazio.
Il-klabb tal-kapitali minn dejjem kien meqjus relattivament qrib ta’ Juventus, tant li fi tmiem kull logħba bejn iż-żewġ klabbs jispikka s-salut ta’ Gianluigi Buffon lill-partitarji avversarji. Dan anke minħabba t-twemmin politiku simili tagħhom.
Minbarra li b’rebħa fid-derby ta’ Ruma prattikament kważi taw is-sitt kampjonat infila lil Juventus, storikament Lazio kienu determinanti wkoll fiċ-5 Maggio 2002.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






