Wara s-suċċessi tal-aħħar ġimgħat għas-sit juventusmalta.com, u ftit xhur biss wara li beda jopera, issa l-Kumitat tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero qed jesplora l-possibbiltà li s-sit ikollu wkoll verżjoni oħra bl-Ingliż.
L-idea hi li kull min jidħol fit-sit ikollu l-possibbiltà li jagħżel b’liema lingwa, jew Malti jew Ingliż, ikun jista’ jaqra l-artikli pubblikati.
Biex dan il-pass ikun possibbli, l-istaff tas-sit irid jiżdied b’ammont ta’ persuni li kapaċi jiktbu Ingliż tajjeb u li huma kapaċi fit-traduzzjoni, b’mod speċjali, iżda mhux bilfors, għalliema jew tradutturi professjonali.
Jekk int interessat li tassisti f’dan il-pass importanti għal sit li l-artikli tiegħu kuljum jinqraw b’medja ta’ 2,000 darba, mitlub tibgħat email fuq admin@juventusmalta.com
[playbuzz-item url=”//www.playbuzz.com/juventusmalta10/tinteressak-din-l-inizjattiva-dida”]