Ix-xogħol bla waqfien tal-aħħar xhur biex il-premises il-ġodda tal-klabb ikunu lesti sa Jannar qed juri l-frott tad-dedikazzjoni u s-sagrifiċċju li sar mill-Kumitat.

Fl-aħħar jiem tlesta x-xogħol ta’ gypsum, wara li fil-binja ngħadda d-dawl u l-ilma. Bdew jaslu wkoll l-ewwel appliances, fejn fost l-oħrajn kienu installati s-sistemi ta’ arja kundizzjonata.

Bdew jaslu wkoll affarijiet ġodda li ġew ordnati fl-aħħar jiem, fosthom settijiet tat-televiżjoni li kien hemm bżonnhom biex jiżdiedu ma’ dawk li għandna fil-preżent. Dan għaliex il-post hu ferm ikbar, u b’hekk niżguraw iżjed kumdità għall-membri.

Matul din il-ġimgħa jsiru l-aħħar irtokki filwaqt li jibda x-xogħol fuq it-toilets u xogħol ieħor. Wara jibda proċess intensiv ta’ finishing, żebgħa u l-istallazzjoni tal-għamara u appliances oħra.

Il-premises ġodda huma ferm ikbar minn dawk attwali u fuq kollox totalment aċċessibbli, b’numru ta’ faċilitajiet kif ukoll żona kbira ta’ parkeġġ madwar il-klabb.

Se jkun hemm ukoll mużew ġdid dedikat totalment għal Juventus. Il-Kumitat qed jistieden lill-Juventini Maltin li jixtiequ jikkontribwixxu b’xi mod għal dan il-mużew, kemm b’donazzjoni jew b’self. Dawk kollha interessati li jgħaddu xi materjal li jaħsbu li jista’ jkun utli huma mitluba jibagħtu email fuq info@juventusmalta.com.

Dan il-pass ġdid se jġib spejjeż kbar lill-Kumitat li jaħdem b’mod volontarju, u fuq kollox xogħol biex fi ftit xhur il-post ikun lest biex jilqa’ lill-Juventini Maltin.

L-appell hu biex dawk li jixtiequ jgħinu iżjed, kemm b’donazzjonijiet ta’ oġġetti, memorabilia jew materjal, inkella jixtiequ jagħtu daqqa t’id b’mod manwali jew ikunu sponsors tal-klabb, jibagħtu email fuq admin@juventusmalta.com biex jingħataw dettalji dwar il-pakketti ta’ riklamar.

Premises Godda Premises Godda Premises Godda Premises GoddaPremises Godda

dical-banner-1200×280