Mill-bidu tal-istaġun li ġej, fl-Italja se tiġi introdotta t-teknoloġija fil-futbol. Din id-deċiżjoni se twassal għat-tneħħija tar-referees ta’ mal-lasta.
Ikkonferma dan il-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio, li ddikjara li fl-Italja se tiġi introdotta fl-immedjat is-sistema tal-Video Assistant Referee (VAR).
“Għadna ma rċivjniex komunikat uffiċjali mill-FIFA, imma s-sinjali kollha huma ċari. Kollox se jibda mill-bidu tal-istaġun u għalhekk tlabna lill-klabbs kollha biex jakkomodawna – se jkollna bżonn sala u tmien cameras f’kull grawnd biex inkunu nistgħu nħaddmu kollox. Il-FIGC se terfa’ l-ispejjeż, li jlaħħqu ż-€2 miljun,” iddikjara Tavecchio.
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






