In-numru wieħed ta’ Juventus li lbieraħ għadu kemm għalaq 39 sena, f’intervista wara l-partita kontra Sassuolo kellu kliem ta’ tifħir għaż-żona tal-attakk wara li kienu protagonisti ġewwa l-Mapei Stadium illum waranofsinhar.

“Illum ħarget il-kwalità tal-attakkanti tagħna. Ippressaw tajjeb ħafna, u baqgħu sal-aħħar jippressaw u ġġieldu għal kull ballun. Jekk fil-futbol ma tagħmilx bħal m’għamlu l-attakkanti tagħna llum ma’ tkunx tista’ tirbaħ il-logħob. Nixtieq nagħti l-mertu wkoll lill-plejers li kienu fuq il-bankina għaliex huma jtuna l-kuraġġ u l-motivazzjoni li jkollna bżonn. Xi kultant tkun trid tibgħat messaġġ lill-avversarji u lil dawk li jikkritikawk u llum għamilna hekk.”

Buffon tkellem fuq kemm kienu importanti t-tliet punti llum meta l-eqreb rivali fallew il-punti. “Illum akkwistajna tliet punti importantissimi, speċjalment li Roma tilfu l-partita tagħhom. Irridu nibqgħu ffukati fuq il-logħbiet tagħna.”

Fit-58 minuta Sassuolo resqu viċin li jidħlu fil-logħba b’żewġ tentattivi ta’ Politano u Matri fejn Buffon salva tajjeb fiż-żewġ tentattivi.

“Bħal ma dejjem ngħid, jien għalhekk inkun hemmhekk u dak huwa xogħli. Jekk nixtieq nibqa’ nilgħab, irrid nibqa’ nagħmel saves fejn hemm bzonn.”

Sors: Juventus

dical-banner-1200×280