Il-UEFA ħabbret li se tkun qed tinvestiga l-ġest li għamel Cristiano Ronaldo wara l-partita kontra Atlético Madrid.

Id-deċiżjoni fuq din l-investigazzjoni mistennija toħroġ illum. Imma x’qed jirriskja?

Għall-kuntrarju ta’ Diego Simeone, li għamel ġest simili, Ronaldo qed jaffaċċja sentenza dwar il-ksur ta’ żewġ artikli, u mhux biss wieħed.

Minkejja dan, l-iktar li jista’ jeħel Cristiano Ronaldo hi multa ikbar minn dik tal-kowċ tal-Iskwadra Spanjola, u mhux sospensjoni.

Sors: Il Corriere dello Sport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280