Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero llum se jkun miftuħ għal-logħba storika bejn Juventus u Fiorentina, mis-Serie A Femminile. Id-dħul se jkun b’xejn, inkluż għal dawk li mhux membri.

Din se tkun logħba storika hekk kif, għall-ewwel darba, Juventus Women se jkunu ospitati fl-Allianz Stadium. Se jitwaqqaf ukoll rekord għall-ikbar attendenza għal logħba tal-kampjonat femminili hekk kif l-Allianz Stadium se jkun sold out.

Sadattant il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se jkun l-uniku klabb lokali rappreżentat fl-Allianz Stadium. Dan hekk kif żewġ membri tal-klabb, Vanessa u Myah Borg, se jkunu fost folla ta’ kważi 40,000 persuna.