Filwaqt li bħal ħafna nawguraw li fil-ġranet li ġejjin Juventus jilħqu l-finali taċ-Champions League 2016/17, nistiednu lil xi wħud biex iżommu saqajhom mal-art u l-ewwel, flimkien mat-tim nikkonċentraw fuq is-semifinali kontra Monaco.
Għal dawk kollha li staqsew, din hija informazzjoni importanti għal-logħob li ġej.
Id-data tal-finali tal-Coppa Italia ssir magħrufa b’mod uffiċjali biss wara t-tieni leg tas-semifinali taċ-Champions League kontra Monaco. F’każ li Juventus jaslu għall-finali ta’ din il-kompetizzjoni, il-finali tal-Coppa Italia tintlagħab fis-17 ta’ Mejju. F’każ kuntrarju, isseħħ fit-2 ta’ Ġunju.
Il-klabb qed iħejji tour żgħir ta’ jumejn/lejl għal din il-logħba li jinkludi t-titjiriet lejn Ruma, lejl akkomodazzjoni, transfers u biljetti għal-logħba. Għadu kmieni biex inkunu nistgħu nħabbru l-prezz għax kollox jiġi determinat mill-prezz tal-biljett u ovvjament id-data uffiċjali. Aktar dettalji jitħabbru eżatt wara t-tieni leg tas-semifinali kontra Monaco.
F’każ li Juventus jaslu għall-final taċ-Champions League, il-klabb għad m’għandux informazzjoni dwar jekk hux se jkun hemm biljetti allokati għall-klabbs jew le. Madankollu, infakkru li meta Juventus waslu fil-finali sentejn ilu, ma kien hemm l-ebda biljetti allokati lill-ebda klabb.
L-unika biljetti li ġew allokati kienu dawk tal-abbonati fil-Juventus Stadium ta’ barranin li jiffurmaw parti minn Club DOC, bħall-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero fejn Juventus offrew l-opportunità li jinxtara l-biljett biss mingħajr ma jkun hemm obbligu li jittieħed pakket tal-operatur tat-tours, Franco Rosso.
Madankollu, dan ma jfissirx li se terġa’ tiġi użata din is-sistema din is-sena. F’każ ta’ suċċess u Juventus jaslu fil-finali, nistennew informazzjoni uffiċjali u navżaw lill-membri mill-aktar fis possibbli.
Grazzi.
Juventus Cluc DOC Malta Cuore Bianconero.