Il-klabb nieda l-ewwel minn sensiela ta’ inizjattivi ġodda biex joqrob dejjem iktar lejn il-partitarji Juventini.
F’din l-ewwel inizjattiva, il-Kumitat daħal fi ftehim ta’ riklamar matul Triq Aldo Moro, fil-Marsa. B’hekk, attivitajiet tal-klabb kif ukoll inizjattivi li jittieħdu se jkunu qed jolqtu ferm iktar nies mill-udjenza attwali.
Hu kkalkulat li kuljum minn din it-triq, li tinsab biswit il-klabb, jgħaddu għexieren ta’ eluf ta’ vetturi privati, li f’ħafna każi fihom ikun hemm ukoll iktar minn persuna waħda.
Din l-inizjattiva ġdida ġġib magħha wkoll opportunità għall-isponsors tal-klabb, li mingħajr spejjeż ġodda se jieħdu riklam ieħor ma’ dawk li diġà jingħataw fuq din il-website kif ukoll fuq il-midja soċjali.
Il-Kumitat din is-sena se jkun qed isaħħaħ ir-relazzjoni tiegħu mal-isponsors kif ukoll joħroġ b’inizjattivi oħra ġodda li jagħtu ritorn ikbar lil dawk li jagħżlu li jappoġġjaw il-ħidma volontarja li ssir fi ħdan il-klabb.